MA JISPIRAX U JIDĦOL F’DISKUSSJONIJIET FRIVOLI
ONE.COM.MT • Bernard Grech huwa Kap li ma jispirax u jidħol f’diskussjonijiet frivoli. Hekk kiteb il-Professur Andrew Azzopardi f’ġurnal indipendenti meta kkummenta fuq is-sitwazzjoni mwergħa li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Il-Professur Andrew Azzopardi kiteb b’mod estensiv fuq is-sitwazzjoni mwergħa li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista. F’artiklu fuq il-Malta Independent, il-Professur Azzopardi kiteb dwar il-ġlied u l-qasmiet fil-partit ta’ Bernard Grech. Fi kliem ċar daqs il-kristall, Azzopardi kiteb li l-Partit Nazzjonalista għadu mhux kapaċi li jkun elett mill-poplu u jinsab rieqed. Azzopardi appella lit-tmexxija Nazzjonalista biex twaqqaf il-ġlied intern. Hawnhekk issemma għalfejn il-Kap kellu jidħol f’diskussjoni frivola fuq il-kwistjoni tal-flokkijiet li n-nies ta’ Delia libsu fuq il-Fosos lejlet l-Indipendenza. “X’hemm ħażin li n-nies jilbsu xi flokk ta’ kandidat?”, staqsa Azzopardi, li kkummenta kif il-Kap Bernard Grech iktar moħħu biex jikkumenta fuq hekk milli fuq l-affarijiet li jgħoddu għall-pajjiż. Dan anki ntqal b’referenza li Bernard Grech mar quddiem il-ġurnalisti jikkundanna lil Adrian Delia u jgħidlu li l-mossa tax-show of force fuq il-Fosos kienet inaċċettabbli. Min-naħa l-oħra l-Professur Azzopardi, li jikkummenta fuq il-ġrajjiet kurrenti b’temi politiċi, innota li lanqas hemm dixxiplina interna u lanqas strateġija li ġġib in-nies flimkien. “Kulħadd għal rasu”, saħaq il-Professur Azzopardi. Azzopardi żied jgħid li fil-Partit Nazzjonalista hemm ġlied ta’ min jiġbed l-aktar lejh, bejn l-istrutturi interni fil-partit kontra l-kitbiet fuq facebook mill-kandidati l-aktar b’saħħithom u stabbiliti. Lejn tmiem l-artiklu, il-Professur Azzopardi nnota li l-Kap Bernard Grech ma jispirax u s-saħħa tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, telqet.