Добавить
Уведомления

DELIA JSIBHA BI TQILA JGĦID GĦANDUX FIDUĊJA FIL-KAP TAL-PN

ONE.COM.MT • Waqt intervista mal-MaltaToday, l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ sabha diffiċli jgħid jekk għandux fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Delia qal ukoll kif il-Partit Nazzjonalista għadu lura sew u anki tefa’ diversi botti lejn it-tmexxija u l-establishment Nazzjonalista. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: MT / ARKIVJI L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ sabha bi tqila biex jgħid jekk għandhux fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, wara li ġarrab l-akbar telfa elettorali fl-istorja ta’ Malta sovrana. F’intervista online u li ħarġet fil-gazzetta MaltaToday, Adrian Delia qal li jekk għandux fiduċja f’Bernard Grech m’hija importanti xejn. ADRIAN DELIA EKS KAP NAZZJONALISTA ĠURNALIST: “Adrian Delia għandu fiduċja f’Bernard Grech?” ADRIAN DELIA: “X’għandi jien fiduċja jew le llum, issa mhux importanti m’huwa importanti xejn.” Din kienet l-istess tweġiba li Delia fuq ix-xandir nazzjonali, jumejn wara r-riżultat elettorali. TVAM 29/03 Waqt l-intervista mal-editur tal-MaltaToday, l-eks Kap Nazzjonalista qal kif huwa ma jaqbilx li l-partit jgħid li n-nies ma jifhmux jew anki li nxtraw. Dan bil-kontra tal-Kap Bernard Grech u d-deputat tal-Blue Heroes Beppe Fenech Adami. Ftit tal-jiem ilu, Beppe Fenech Adami akkuża li l-Partit Laburista b’xiri tal-elezzjoni filwaqt li fil-messaġġ tiegħu wara li tilef, Grech qal li l-poplu nxtara biċ-ċekkijiet. BFA 07/04+ BG MESSAGG 27/03 ADRIAN DELIA EKS KAP NAZZJONALISTA “Il-mod kif aħna nindirizzaw meta jkun hemm in-nuqqasijiet, meta jkun hemm min qed jilmenta, ma nistgħux nibqgħu ngħidu għax dawk ma fehmux, għax dawk għax inxtraw.” F’din l-intervista ta’ ftit inqas min-nofs siegħa, Adrian Delia kompla jitfa’ l-botti fuq il-Kap Bernard Grech. Dan hekk kif qal li l-Partit Nazzjonalista għadu lura sew. F’intervista ftit tal-jiem ilu, Grech qal kif il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija tiegħu avvanza sew. BG NET LIVE 08/04 ADRIAN DELIA EKS KAP NAZZJONALISTA “Fil-partit tiegħi għadna lura u għadna lura sew. M’aħniex on the ground, m’aħniex on the ground.” L-eks Kap Nazzjonalista kompla jgħid kif il-Partit Nazzjonalista huwa maqsum, anki taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech. ADRIAN DELIA EKS KAP NAZZJONALISTA “Jekk ma jkollokx kulħadd pulling the same rope, jekk ikollok lil kulħadd tidher diffiċli, aħseb u ara min jiġbed ‘l hemm u jiġbed ’l hawn.” F’din l-intervista, Delia qal kif l-allegazzjonijiet dwar Soho kienu spin sabiex ma jsirx Kap Nazzjonalista. Hawnhekk Delia saħaq kif dwar dan kellu jkun iddikjarat bil-miktub li din kienet gidba, b’referenza għal Jason Azzopardi. ADRIAN DELIA EKS KAP NAZZJONALISTA “Kull min qal fuqi jew kellu jirtira jew b’xi mod jew ieħor kellu jiddikjara bil-miktub illi kien gideb.” Adrian Delia saħaq kif fil-Partit Nazzjonalista hemm bżonn analiżi, wara li nkisbet telfa kbira. ADRIAN DELIA EKS KAP NAZZJONALISTA “Irrid isir aktar mill-Partit Nazzjonalista għaliex il-Partit Nazzjonalista mhux tilef, imma tilef b’mod li ilna ma naraw minn 1955, jiġifieri rridu nagħmlu analiżi. U mhux dawn li joqgħodu jgħidu l-valuri u l-prinċipji, imma tal-attitudni tagħna, l-attitudni tagħna bilfors li mhiex tajba.”

12+
11 просмотров
Год назад
8 июля 2024 г.

, чтобы оставлять комментарии